Ittellgħet b’suċċess għat-tieni sena konsekuttiva, l-attività tant mistennija tal-Milied bit-tema ‘Miliedek it-Tajjeb’ tat-12th May Band & Social Club, ġewwa l-pjazza mżewqa tar-raħal, li ġiet mnedija mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Din l-attività hija parti minn Milied Żebbuġi, li bdiet proprju nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Diċembru u tintemm illum is-Sibt 16 ta’ Diċembru.
Li jagħmel dan ir-raħal jispikka aktar minn irħula oħra hu, il-presepju ħaj akkumpanjat b’mużika mill-banda 12th May li ġiet idderiġieta mis-surmast Hermann Farrugia Frantz, b’atturi u bil-kor tat-tfal li urew ukoll t-talenti tagħhom.
Il-produzzjoni ġiet mfassla minn Ronald Saliba u barra minn hekk rriflettiet il-ġrajja tat-twelid ta’ Sidna Ġesu Kristu li qanqlet sitwazzjonijiet kontemporanji mill-ħajja ta’ kuljum.
Din l-attività bdiet proprju fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żebbuġ, fejn bdiet b’rappreżentazzjoni tat-tħabbira taċ-ċensiment, akkumpanjata b’pageant sa Triq Sciortino fejn imbagħad ttellgħet l-produzzjoni tal-presepju ħaj quddiem il-każin 12th May.
Din l-attività għalqet bil-Christmas Father li qassam ir-rigali lit-tfal li marru bi ħġarhom għal din l-attività.
Din l-attività li se tasal fi tmiemha illum, se tibqa’ mfakkra għal ispttaklu li offriet għal dawk kollha li attendew.