Fl-14 u l-15 ta’ Diċembru, se jiġi organizzat Villaġġ tal-Milied bl-isem ‘L-Għaxqa tal-Milied’ ġewwa l-pjazza ta’ Ħal Għaxaq.
Dan il-villaġġ se jkun qed jinkludi wirjiet ta’ presepji, bejgħ ta’ ħelu tradizzjonali tal-Milied, mużika, żfin, logħob u attivitajiet, kif ukoll bejgħ ta’ ġugarelli u ornamenti tal-Milied.
Dan l-avveniment qiegħed jiġi organizzat mill-Għaxaq Youth Centre b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq.