Miljuni ta’ profili fuq Instagram ġew sospiżi fi sfond ta’ rapporti ta’ problemi tekniċi li qed tesperjenza l-istess pjattaforma.
Il-problema bdiet għall-ħabta tas-2:30pm fejn miljuni ta’ persuni inkluż f’Malta, irrappurtaw li l-profili tagħhom ġew sospiżi mingħajr ebda spjegazzjoni. Oħrajn innutaw kif naqsulhom drastikament in-numru ta’ ‘followers’ li kellhom.
Fost oħrajn, fuq Twitter miljuni qed jirrappurtaw kif il-pjattaforma neħħiet l-aċċess għall-profil tagħhom, b’minflok jitla’ ‘loading screen’ biss.
It-tim tal-komunikazzjoni ta’ Instagram fuq Twitter sostna li qed jindaga l-problema.
We’re aware that some of you are having issues accessing your Instagram account. We’re looking into it and apologize for the inconvenience. #instagramdown
— Instagram Comms (@InstagramComms) October 31, 2022
Ritratt – CNBC