Il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia kkjarifika li l-pjanti tal-Green Walls ma mitux.
Dan wara li diversi nies fi ħdan il-Partit Nazzjonalista kienu qed jitfgħu ritratti u jgħidu li dawn il-pjanti huma mejta.
Fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, il-Ministru Farrugia ppubblika ritratt li jixhed li dawn il-pjanti mhumiex mejta.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li s-sistema ta’ tisqija żviluppaltilha xi problemi iżda l-pjanti ma mitux u ttieħdu lura għal rijabilitazzjoni fil-mixtla.
Huwa saħaq li d-differenza bejn il-Gvern u l-Partit Nazzjonalista hija li filwaqt li l-Oppożizzjoni tattakka proġetti innovattivi ta’ tħaddir fl-urban, il-Gvern ma jikkuntentax ruħu bil-medjokrità.