Il-pjanijiet għal faċilità ġdida li se tinkludi fiha trakka tal-karozzi jinsabu fi stadju avvanzat ħafna.
Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima waqt żjara li għamel waqt sessjoni ta’ prova għall-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting.
“Il-komunità sportiva ħa jkollha faċilità li x-xogħol preparatorju diġà wasal fi stadju avvanzat ħafna u nara li dan ix-xogħol jibda kemm jista’ jkun malajr fix-xhur li ġejjin.”
Waqt iż-żjara tiegħu Grima ħabbar ukoll li l-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport se tibbenefika minn għotja ta’ mitt elf ewro mill-iskema ta’ Parteċipazzjoni Internazzjonali li hi amministrata minn SportMalta.
Duncan Micallef, sewwieq Malti b’esperjenza kbira anki barra minn xtutna, sostna li t-trakka tal-karting li ġiet inawgurata ftit tax-xhur ilu, kompliet ittejjeb it-talent tas-sewwieqa Maltin.
“Qabel ma kellna l-go-kart track konna diġà f’livell internazzjonali u konna qed nerbħu. Issa li għandna l-go-kart track u t-tfal sa minn 4 snin qed jipprattikaw żgur qed nara livell aktar superjuri minn dak li kellna.”
Tkellimna wkoll ma’ żewġ parteċipanti subien tal-Kampjonat, li stqarrew magħna għaliex iħobbu dan l-isport.
“Jien għandi 11-il sena dan l-isport jgħoġobni għax tmidd idejk u ssuq. – Il-go-kart inħobb nikkompeti ħafna biha.”