Il-pjaneta tal-Papa tinsab fil-Katidral tal-Imdina biex imbagħad tintlibes minn Papa Franġisku biex iqaddes il-quddiesa tal-Ħadd filgħodu fuq il-Fosos, il-Floriana.
Fuq il-pjaneta hemm tmint islaleb bi tmien ponot.
Is-slaleb fuq il-pjaneta qegħdin tlieta fuq quddiem, tlieta fuq wara u wieħed fuq kull ġenb.
Għal din il-quddiesa rreġistraw mat-12,000 ruħ f’pajjiżna.
Il-pjaneta tal-Papa hija vjola għal żmien ir-Randan u hu mifhum li se jkun qed jgħaddi messaġġ importanti anki b’rabta mal-gwerra fl-Ukrajna.
Il-Papa huwa dejjem ambaxxatur favur il-paċi u mistenni juża lil Malta biex minnha jgħaddi messaġġ importanti favur il-waqfien mill-ġlied fil-Lvant tal-Ewropa.
Il-Papa anki se jagħmel ir-reċita tal-Anġelus wara l-quddiesa fil-Floriana.

