Il-pjan dwar il-ftuħ tal-iskejjel huwa lest u fis-sigħat li ġejjin mistenni jiġi approvat mill-Awtoritajiet tas-Saħħa f’pajjiż
Ħabbret dan il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana hekk kif spjegat li fit-tħeħħija ta’ dan il-pjan, il-Gvern kien aktar esperjenzat u kellu favurih pjan ta’ vaċċinazzjoni b’saħħtu.
Il-Ministru Caruana spjegat kif malli dan ikun approvat ikun imiss diskussjonijiet mal-imsieħba kollha fis-settur sabiex dan imbagħad jidħol fis-seħħ.
Hija stqarret: “Il-pjan ilu lest fil-fatt on the ground diġà qed nattwawh però kif ħabbart qed nistennew l-approvazzjoni minn ħin għall-ieħor tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Inserraħ ras kulħadd li l-pjan qiegħed hemm u għandna l-vantaġġ ta’ sena esperjenza u wkoll l-programm ta’ vaċċinazzjoni li kien suċċess ukoll jiġifieri għandna fuq xiex naħdmu, għandna l-esperjenza, il-pjan huwa lest. Hija kwistjoni ta’ approvazzjoni li fis-sigħat li ġejjin mistenni li jkun approvat umbagħad ikun hemm il-laqgħat mal-istakeholders.”