Waqt żjara li l-President Amerikan Donald Trump qed jagħmel fir-Renju Unit, huwa saħaq li l-pjan tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May għal BREXIT wisq probabli se joqtol il-ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u r-Renju Unit.
F’kummenti li ta lil The SUN, Trump saħaq ukoll li l-ex Segretarju tal-Affarijiet Barranin Boris Johnson, li rriżenja aktar kmieni din il-ġimgħa, jista’ jkun Prim Ministru tajjeb ħafna.
Trump ġie milqugħ minn May għall-ikla statali fejn din tal-aħħar qed tipprova tikkonvinċi lill-Amerka biex ikollha ftehim kummerċjali ħieles mal-Istati Uniti. Theresa May kienet kwotata tgħid li BREXIT jista’ jiftaħ opportunitajiet ġodda għall-Amerka u r-Renju Unit.
Minkejja dan, Trump saħaq li jekk il-pjan ta’ May għal BREXIT jibqa’ għaddej, r-Renju Unit jista’ jaqta’ qiesu minn ftehim kummerċjali ħieles. Il-Gvern Ingliż immexxi minn May intlaqat minn instabilità politika wara żewġ riżenji fil-kabinett tagħha u anki uffiċjali għolja fil-Partit Konservattiv.