Il-Kunsill Fiskali Konsulattiv Malti kkonkluda li l-budget u l-impatt tiegħu fuq il-pożizzjoni fiskali tal-Gvern għas-sena d-dieħla huma plawsibbli.
Il-kunsilll fiskali li huwa awtonomu mill-Gvern ikkonfmera wkoll li l-pjani fiskali jissodisfaw ir-regoli fiskali fl-Att dwar ir-Responsabbiltà Fiskali u l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.Il-kunsill qal li t-tkabbir ekonomiku mistenni jbatti b’mod gradwali minn 6.7% fl-2017 għal 5.8% dis-sena u 5.3% s-sena d-dieħla. Żied jgħid li għalkemm inqas mill-2017, il-Gvern qed jimmira għal surplus fis-sentejn imbassra. Qal wara s-surplus ta’ 3.5% fl-2017, is-surplus mistenni jkun 1.1% din is-sena u jiżdied għal 1.3% s-sena d-dieħla.
Fl-istess waqt id-dejn ta’ Malta mistenni jkompli jonqos minn kważi 51% s-sena li għaddiet, għal kważi 47% din s-sena u għal ftit inqas minn 44% tal-ġid nazzjonali s-sena d-dieħla.
Il-Kunsill qa li l-metodoloġija tal-Ministeru għall-Finanzi dwar dan it-tbassir u l-ispjegazzjonijiet u l-evidenza pprovduta lill-Kunsill isostnu d-deċiżjoni tal-kunsill li jqis it-tabbis bħala plawżibbli.