Il-pizzeriji jibqgħu r-restoranti l-aktar favoriti fost il-Maltin segwiti mill-pasta, filwaqt li ikel ċiniż u ristoranti a la carte huma ferm iktar popolari minn ristoranti bi kċina Maltija.
Dan skont stħarriġ tal-Maltatoday li jirrifletti l-mod kif il-poplu Malti jiekol. L-istħarriġ wera kif wieħed minn kull erba’ persuni f’Malta jieklu f’xi ristorant darba f’ġimgħa jew iktar. L-iktar grupp t’ eta fejn dan huwa komuni huwa bejn in-nies ta’ ħamsa u teltin u erbgħa u ħamsin sena fejn umbad il-frekwenza żżid għal wieġed minn kull tlett persuni.
Meta mqabbel ma’ sħarriġ simili li sar fl-2009, wieħed jinnota li l-kultura li wieħed joħroġ jiekol żdiedet, mhux biss għax dawk li jieklu barra ta’ spiss żdiedu, iżda anka għax naqsu sew dawk li rari jew qatt ma kielu f’ restaurant.
L-istħarriġ jagħti ħarsa wkoll lejn min huma l-persuni li jieklu f’ristoranti darba f’ġimgħa jew iktar.
Minn dawk li pparteċipaw fl-istħarriġ, irriżulta li l-managers u l-professjonisti huma l-aktar li jieklu f’ristoranti darba f’ġimgħa , persuni mingħajr sengħa jew ma jaħdmux hija rari li jieklu barra u dawk b’sengħa jieklu inqas minn darba f’xahar f’xi ristorant.
Bejn wieħed u ieħor kemm jonfqu ?
Il-maġġoranza li wieġbu għall-istħarriġ qalu li jonfqu bejn 11-il ewro u 20 ewro segwita minn dawk li wieġbu li jonfqu bejn wieħed u għoxrin ewro u tletin ewro.