L-organizazzjoni tal-ambjent, Oceana, qed tappella għal pjan ta’ azzjoni biex jiġi salvagwardjat in-numru ta’ pixxispad fil-baħar Mediterran.
Fi kliem l-organizazzjoni l-alternattiva hija li jingħalaq kompletament l-istaġun tas-sajd għall-pixxispad fir-reġjun Mediterran, hekk kif l-ammont naqas b’ 70% fl-aħħar 30 sena.
Id-Direttur ta’ Oceana Europe, Lasse Gustavsson, stqarr li “Hemm bżonn ta’ pjan li jwaqqaf sajd eċċessiv, ma jistax ikun li 75% mill-ammont ta’ ħut fil-baħar Mediterran qed jinqabad.”
Din l-organizzazzjoni qalet li se tkun qed tassigura li l-Unjoni Ewropea terfa’ r-responsabbilta tagħha u timplimenta l-miżuri neċċessarji biex tilħaq il-miri sostenibbli internazzjonali tan-Nazzjonijiet Magħquda.