Dalgħodu fil-Pitkalija ttelat b’suċċess it-tieni edizzjoni ta’ Festa Ikel Malti.
Il-ħsieb wara din l-attività huwa ċ-ċelebrazzjoni tal-wirt kulinarju għani ta’ pajjiżna.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/10/20193832/462923182_860715592914055_4692231534326819542_n-1024x711.jpg)
F’din l-attività kien hemm varjetà ta’ esibituri li joffru prodotti lokali, ikel u xorb minn produtturi u organizzazzjonijiet lokali.
B’kollox kien hemm madwar 50 esibitur li taw definizzjoni tal-prodott Malti.
Fost il-prodotti tal-ikel Malti kien hemm l-għasel, iż-żejt taż-żebbuġ, ġulepp, kirxa, ħalib, ġobon, ħut u affarijiet oħra.
Waqt din l-attività, il-mijiet li attendew, setgħu jesperjenzaw ukoll il-Farmers Market, filwaqt li preżenti kien hemm ukoll nies professjonali li kienu qed juru kif jinħelbu l-baqar.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/10/20194725/464185743_873773918205741_4728543614275737050_n-1024x682.jpg)