Il-pitkalija ħabbret għadd ta’ miżuri bil-għan li jonqos it-tixrid ta’ Coronavirus, fosthom li se tkun iċċekjata t-temperatura ta’ kull persuna.
Intant li l-ħin tad-dħul se jkun estiż bi 30 minuta u għalhekk il-bibien tal-Pitakalija se jiftħu fl-4:00 ta’ filgħodu.
Id-dħul tal-bdiewa u x-xerrejja ser ikun minn naħa waħda. Il-bdiewa se jidħlu fi gruppi u mhux f’daqqa. Filwaqt ix-xerrejja se jidħlu fil-pitkalija wara li jidħlu l-bdiewa kollha.
Il-bdiewa qed jintalbu jaslu l-pitkalija qabel is-6:30 ta’ filgħodu għaliex se jaslu wara se jintalbu jistennew fil-kju. Ħadd mhu se jitħalla jaqbeż il-kju.
Qed titallab il-koperazzjoni tal-pubbliku sabiex tkun issalvagrawdjata s-saħħa ta’ kulħadd.