Rapport t’assessjar fuq l-ambjent mill-Awtorità Maltija għall-Ambjent u r-Riżorsi sab kif l-iżvilupp ta’ pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija, mhu se jħalli l-ebda impatt fuq l-ambjent.
Dan ir-rapport sar biex jara l-impatt fuq il-flora u l-fauna u anke minħabba li l-iżvilupp se jinvolvi l-qtugħ fl-irdum u anke r-reklamazzjoni tal-art fit-terminal tal-Power Station ta’ Delimara.