Id-Dwana ħabbret li t-tabakk għall-pipa u ż-żejt ma jistgħux jitpoġġew fis-suq jekk ma jkollhomx is-siġill li huwa approvat mid-Dwana.
Dan is-siġill għandu jitpoġġa b’tali mod li jinkiser hekk kif jinfetaħ il-pakkett jew il-kaxxa.
Dan is-siġill għandu jingħata mill-operatur meta jsir il-ħlas u għandu jitwaħħal sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li jkunu mixtrija mill-operatur.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat email fuq tabacco.customs@gov.mt