Il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej huwa kontra l-kampanja negattiva tal-Partit Nazzjonalista.
Fi stqarrija l-PES qalet li l-Partit Nazzjonalista għamel insinwazzjonijiet foloz u pruvat tirbaħ punti politiċi biex timmanipula l-fatti fosthom billi tgħid li l-libell kriminali għamlu l-Gvern, meta fil-verita’ dan sar minn ċittadin privat.
Il-PES tirrimarka li l-Partit Nazzjonalista uża wkoll l-allejati tiegħu fil-Parlament Ewropew sabiex ikabbar din il-kampanja maħmuġa b’riskju li timmina r-reputazzjoni ta’ Malta barra minn xtutna.
Il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej qal li hemm diskrepanzi kbar bejn dak li jintqal u l-fatti fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, fosthom bil-libell kriminali li kien għamle Simon Busuttil lura fis-sena elfejn.
Filwaqt li kkundana dan kollhu, l-Partit tas-Soċjalisit Ewropej qal li danw id-double standards m’humiex aċċetati.
Il-PES ser ikun qed ikompli jagħti l-appoġġ tiegħu lil Partit Laburista sabiex dan il-Gvern jagħmel Malta aktar trasparenti u li tkattar il-frott tal-ħidma li qed tagħmel.
Maltija hija ezempju għall-Ewropa kkonkludiet l-PES.