Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika juru li minn aktar minn sebat elef persuna jirreġistraw għax-xogħol matul l-amministrazzjoni Nazzjonalista, l-għadd ta’ persuni jfittxu impjieg niżel illum għal anqas minn elfejn u ħames mija.
Dan huwa n-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol li għal xahar wara l-ieħor baqa’ jirreġistra tnaqqis.
F’Awwissu li għadda l-persuni jirreġistraw għax-xogħol niżlu għal 2,489. Dan meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet meta kienu 3,261 persuna li qed ifittxu impjieg.
Xahar li matulu kien hemm tanqqis kbir meta mqabbel mas-sena 2016.
Dan ifisser li bejn Awwissu tas-sena l-oħra u ta’ din is-sena b’kollox kien hemm tnaqqis ta’ seba’ mija u tmintax-il persuna fuq il-kotba ta’ dawk bla impjieg mal-aġenzija Jobsplus biex wara li ntlaħaqet il-mira li l-qgħad jonqos taħt it-3,000 issa qed ikomli niżel saħansitra taħt l-2,500. Rekord tal-inaqas rata ta’ qgħad f’kull żmien li Malta hija wkoll fost il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea bl-inqas rata ta’ qgħad.
It-tnaqqis kien mifrux fil-kategoriji kollha ta’ dawk li kien qegħdin jirregistraw għa- xogħol għajr għan-nisa li kienu ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena. L-akbar tnaqqis kienet irreġistrata fost dawk li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal anqas minn wieħed u għoxrin ġimgħa.
Iċ-ċifri juru wkoll tnaqqis fil-qgħad tal-persuni b’diżabilità li matul Awwissu naqsu bi tlieta u sebgħin oħra.