Il-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli sostniet li ż-żgħażagħ LGBTIQ għandhom bżonn min jifhimhom u mhux nies li jgħidulhom li għandhom bżonn il-maħfra jew il-fejqan.
Dr. Dalli qalet dan illejla fil-Parlament b’reazzjoni għal dikjarazzjoni omofobika li għamel parteċipant ta’ X Factor, il-Ħadd li għadda fuq l-istazzjon nazzjonali.Il-Ministru qalet li dak li qal Matthew Grech li kkonverta u m’għadux omosesswali kien f’xandira rrekordjata u l-istazzjon nazzjonali kellu kull obbligu biex ma joħroġx dikjarazzjonijiet bħal dawn.
Qalet li l-Gvern mhux biss ħadem biex tinbidel l-attitudni fil-konfront tal-persuni LGBTIQ iżda daħħal ukoll liġi li għamet t-terapija tal-konverżjoni li ssemmiet fl-intervista bħala illegali.
Fil-parlament il-Ministru Dalli spjegat kif il-messaġġ li twassal u tħalla jixxandar għamel ħafna ħsara.