Il-persuni b’diżabilità Għawdxin, li jirreġistraw naqsu b’ħamsa u sittin fil-mija fuq medda ta’ erba’ snin.
Barra minn hekk, fi tmiem is-sena li għaddiet f’Għawdex kien hemm mitejn u persuna b’diżabilità li kellhom impjieg. Dan meta wieħed iqabblu mal-mija disgħa u sittin persuni b’diżabilità li kienu qed jaħdmu f’Għawdex tliet snin ilu.
Dan ifisser li f’sentejn ir-rata ta’ persuni diżabilità li qed jaħdmu f’Għawdex żdiedu b’dsatax fil-mija.
Dan intqal waqt webinar li kien organizzat mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità fejn il-Ministru għall-Inklużjoni Julia Farrugia Portelli qalet li l-Gvern se jkompli jgħin u jinkoraġġixxi biex jinħoloqu aktar impjiegi f’Għawdex għaliex dan ifisser li l-persuni b’diżabilità f’Għawdex ikollhom aktar opportunitjiet ta’ xogħol.
Il-Ministru għall-Għawdex Clint Camilleri semma wkoll kif l-estensjoni tal-għotja tad-diżabilità għal min jaħdem turi li dan il-Gvern jirrikonoxxi l-isforzi li jkunu qed jagħmlu dawn il-persuni u jrid ikompli jħeġġiġhom u jgħinhom jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Ritratti: MISW/MGOZ