Malta hija fost l-inqas żewġ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fejn persuni b’diżabilità jesperjenzaw rata għolja ta’ piż finanzjarju kkawżat mill-ispiża ta’ akkomodazzjoni.
Skont din l-istatistika maħruġa mill-Eurostat, turi li s-sitwazzjoni f’Malta hija ta’ tnejn punt erbgħa fil-mija tal-persuni b’diżabilità, li għandhom rata ta’ piż finanzjarju.
Din ir-rata hija ħafna anqas mir-rata medja tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea, hekk kif din hija ta’ ħdax punt wieħed fil-mija tal-persuni b’diżabilità.
L-unika pajjiż fl-Unjoni Ewropea li kellu rata inqas minn dik ta’ pajjiżna kien Ċipru li għandu rata ta’ wieħed punt ħamsa fil-mija.
Filwaqt li l-iżjed pajjiżi li l-persuni b’diżabilità għandhom piż finanzjarju kbir huwa l-Greċja bi kważi erbgħa u tletin fil-mija tal-persuni b’diżabilità u warajha ssegwi d-Danimarka b’wieħed u għoxrin fil-mija.