Għall-kritika li qed tingħad li l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana m’hux qed tkun sensittiva biżżejjed fejn jidħlu d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità fuq il-vapuri tal-Gozo Channel, spejċlament dak ta’ Nikolaos, hija tenniet li għall-ewwel darba l-persuni b’diżabilità li għandhom il-karta tal-identita’ speċjali u l-blue badge għandhom dritt ta’ prijorita’ fuq il-vapuri tal-Gozo Channel permezz ta’ linja apposta.
Spjegat ukoll li għall-vapur il-ġdid il-persuni b’diżabilita’ jiġu gwidati mal-linja oranġjo li twasslek fis-sular ta’ fuq li huwa miftuħ u hemm il-bankijiet. Minn hemm imbagħad hemm stairlift li jwasslek għall-lounge area fejn hemm il-bar u t-toilets.