Il-pulizija spjegat li l-persuna li nstabet mejta f’latrina f’Ħal Lija għadha mhiex identifikata u awtopsja mistennija tistabilixxi l-kawża tal-mewt.
Il-kelliem għall-Korp tal-Pulizija, Brandon Pisani qal lil ONE News li kien għall-ħabta tas-sitta u kwart ta’ dalgħodu meta l-pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna mitlufa minn sensiha f’latrina pubblika f’Misraħ it-Trasfigurazzjoni.
Il-pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u sabet persuna bla ħajja.
Il-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri qed imexxi inkjesta.