L-Iskoċċiża Fiona Harvey u li ispirat il-karattru tas-serje popolari fuq Netflix Baby Reindeer, qed tfittex legalment lil din il-pjattaforma dwar malafama, negliġenza u ksur tal-privatezza.
Harvey li qed tgħid kif il-karattru ta’ Martha Scott huwa bbażat fuqha, argumentat f’kawża ppreżentata fil-Qorti ta’ Kalifornja li Netflix wera “gideb brutali” dwarha quddiem aktar minn 50 miljun telespettatur madwar id-dinja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’din il-kawża hija qed titlob aktar minn 170 miljun dollaru f’danni, hekk kif sostniet li s-serje deskrivieha b’mod falz bħala kriminal.
Is-Sinjura Harvey ċaħdet ukoll li attakkat sesswalment lill-awtur u l-karattru ewlieni tas-serje Richard Gadd.