It-tennista Novak Djokovic jaf jirritorna lura l-Awstralja aktar kmieni miż-żmien antiċipat. Dan wara li ġiet deportat, ħabbar il-Prim Ministru Awstraljan.
Djokovic ġie deportat il-Ħadd wara li tilef ġlieda legali b’rabta mal-viża tiegħu, wara li tqajjem tħassib hekk kif it-tennista mhux vaċċinat.
Taħt il-liġijiet marbuta mal-immigrazzjoni fl-Awstralja, Djokovic ma jistax jingħata viża oħra għat-tliet snin li ġejjin.
Iżda jidher li dan jaf ma jkunx il-każ hekk kif il-Prim Ministru Awstraljan, Scott Morrison, qal li jaf jitħalla japplika għal viża aktar kmieni minn hekk.