Matul is-sena 2016 in-nefqa fis-sigurtà soċjali laħqet €1.6 miljun. Ftit aktar minn €70 milun aktar mis-sena ta’ qabel. L-ikbar żieda fis-sistema tas-sigurtà soċjali kienet fil-benefiċċji kontributorji, ewlenin fosthom il-pensjonijiet.
Filfatt iż-żieda fil-pensjonijiet li ta l-Gvern Laburista anki matul dik is-sena rat nefqa akbar ta’ €44 miljun fuq is-sena ta’ qabel.
Dan ħareġ minn statistika li ppubblika l-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO. 36% tal-Maltin irċivew forma ta’ benefiċċju soċjali, fost l-oħrajn matul l-elfejn u sittax in-numru ta’ pensjonanti kienu jgħoddu qrib id-disgħin elf.
Ħal Luqa hija l-aktar lokalità li fiha ġew irreġistrati nies li jieħdu benefiċċju ras għal ras. Dan anki minħabba li hemm għadd ta’ residenti fl-isptar u residenza għall-anzjani San Vinċenz de Paul. Imbagħad l-inqas lokalità kienet is-Swieqi.
Kienu ftit aktar minn tnejn fil-mija li matul l-elfejn u sittax ħadu l-benefiċċju tal-qgħad, bil-maġġoranza tagħhom ġejjin mir-raħal kwiet taż-Żebbuġ Għawdex. 8.5% irċievew il-benefiċċju tal-mard tliet snin ilu filwaqt li fl-istess sena t-taxxa fuq il-benefiċċji soċjali mħallsa fi flus kontanti laħqet ftit aktar minn €33 miljun, kważi €2 miljun inqas mis-sena ta’ qabel.