Id-dħul medju tal-pensjonanti Maltin, li kien jammonta għal €10,262 fl-2012, fl-2022, ammonta għal €14,681, li jfisser titjib ta’ 43%, darbtejn u nofs aktar mid-differenza irreġistrata fiż-żona Ewro.
Intant skont ċifri ppubblikati mill-Uffiċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, id-dħul tal-pensjonanti Maltin, tjieb bi 22%, meta tikkunsidra, l-inflazzjoni fil-prezzijiet, tul dawn l-aħħar 10 snin. B’hekk din kienet ir-raba’ l-akbar żieda osservata fiż-żona Ewro.
Dawn iċ-ċifri juru wkoll li d-dħul medju tal-pensjonanti fiż-żona Ewro, ammonta għal ftit inqas minn €20,000 fl-2022, b’kuntrast mad-dħul fl-2017, li kien jammonta għal €18,000 u €17,000 fl-2012. Dan ifisser differenza ta’ madwar 17% fuq il-medda ta’ 10 snin.
Preċedentament, pensjonant Malti, kien jaqla’ bejn wieħed u ieħor, 60% tad-dħul medju taż-żona Ewro, filwaqt tul is-sena l-oħra, qala’ madwar 80%.
Innota dan is-sit, the Journal, fejn ġie spjegat ukoll li għandhom jiġu kkunsidrati diversi sfidi, fosthom l-inflazzjoni, partikolarment, meta jissemmewċifri aktar riċenti.
Iż-żieda fil-poter tal-akkwist, tal-pensjonanti żdied b’7% bejn l-2012 u l-2017, filwaqt li bejn l-2017 u l-2022, żdied b’14%.
Mill-2016 ‘l hawn, Gvern Laburista, żied il-pensjonijiet b’mod sostanzjali, filwaqt li diversi riformi, daħlu fis-seħħ sabiex iżidu d-dħul ta’ din il-faxxa tas-soċjetà, fosthom fil-pensjonijiet tar-romol, u l-pensjoni minima.
The Journal, żied jinnota kif huma proprju dawn ir-riformi, li wasslu lil pajjiżna, sabiex jiżboq iċ-ċifri, tal-pajjiżi ġirien tagħna.