Bdew jinbnew il-pedamenti ta’ dar li f’Għawdex hija mistennija ferm. Dik f’Għajnsielem hi l-ewwel dar tal-anzjani bis-sehem tal-Gvern li se ssir f’Għawdex u qed tinbena f’lok li se jkollu veduti mill-isbaħ.
Fl-aħħar jiem ix-xogħol tal-bini qabad ritmu tajjeb ferm bil-pedamenti jinsabu fi stat avvanzat biex sa wara s-sajf ix-xogħol ikun ingħata spinta liema bħalha. Biex imbagħad ftit ftit il-post jibda jieħu sura lussuża fejn se jkun hemm 70 kamra mgħammra bl-aqwa faċilitajiet.
Il-faċilità l-ġdida se tkun integrata mal-bini storiku eżistenti li kien ir-residenza tal-marixxal Ingliż fil-Forti Chambray. Tant li partijiet antiki se jkunu restawrati u priservati bl-aqwa mod. Id-disinn il-ġdid ikkunsidra l-mod kif inhu mibni l-bini storikuu kollox se jikkumplimenta. Kull kamra se jkollha faċilitajiet ‘ensuite’, bil-faċilitajiet li wieħed jagħmel il-kafe u t-te u b’gallariji li jagħtu jew lejn il-kampanja pittoreska, inkella veduti bla ostruzzjoni għal baħar. Il-faċilita hi disijata għal dawk l-anzjani li mobbli u għal dawk bi problemi ta’ mobilita u wkoll għal dawk li jinsabu fuq siġġu tar-roti.
F’din id-dar se jkun hemm ukoll numru ta’ faċilitajiet bħal klinika tat-tabib, kappella u swali fejn ikunu organizzati bosta attivitajiet. Se jkun ukoll l-ewwel post f’Għawdex fejn anzjani miżżewġa jibqgħu jgħixu flimkien wara li għal ħafna snin firduhom fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex.
Ritratt: MGOZ, George Scerri