Il-Parlament Ewropew mistenni jirratifika ftehim dwar il-kummerċ wara Brexit bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, anke fost tensjoni bejn Franza u r-Renju Unit. Dan fost l-oħrajn wara li l-Ministru għall-Finanzi Franċiż akkuża lir-Renju Unit li m’onorax l-obbligi tiegħu fil-qasam tas-sajd, u li l-Unjoni Ewropea għandha twieġeb b’azzjoni fuq is-servizzi finanzjarji.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li l-Unjoni Ewropea hija determinata li tirriżolvi l-kwistjoni mar-Renju Unit, u qalet li hemm bżonn ta’ soluzzjonijiet biex il-protokolli kollha jitħaddmu għall-benefiċċju tal-partijiet kollha.