Il-Parlament Ewropew approva b’maġġoranza assoluta l-istrateġija għar-reżiljenza tal-ilma, wara rapport ippreżentat mill-Ewroparlamentari Laburista Thomas Bajada bħala rapporteur.
Dan ir-rapport jagħti prijorità lill-ħarsien u l-immaniġġjar sostenibbli ta’ ilma nadif u sigur.
Bajada, tenna kif l-ilma hu l-pedament tal-ħajja, mhux biss għall-bniedem, iżda wkoll għall-ekonomija u l-ambjent tagħna.
Fakkar li n-nies madwar l-Ewropa qed jiffaċċjaw realtà li mhix teorija, imma esperjenza ta’ kuljum – min-nixfa sa għargħar – waqt li din l-istrateġija approvata tpoġġi lill-bniedem fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet.