Il-Public Broadcasting Services qal li l-proċess tal-ingaġġ tal-impjegati tiegħu ssir skont proċeduri stabbiliti għall-entitajiet governattivi.
Dan intqal fi starrija b’reazzjoni għal rapport fil-midja tal-Partit Nazzjonalista dwar l-ingaġġ ta’ ġurnalisti u camera persons.
Il-PBS qal l-ingaġġ isir permezz ta’ sejħa pubblika għal dawn l-irwoli. Fil-fatt jispjega kif din saret skont il-prassi tal-Jobsplus u b’hekk kulħadd kellu l-opportunità japplika għal daw dawn il-postijiet vakanti fi ħdan il-PBS.
Apparti minn hekk il-PBS qal li t-tliet ġurnalisti li qed jiffurmaw parti mill-Kamra tal-Aħbarijiet u t-Taqsima tal-Isport tal-PBS ma kellhom ebda rabta ma’ stazzjonijiet politiċi fil-passat, anzi uħud minnhom kellhom esperjenza fi programmi ta’ ġrajjiet kurrenti li xxandru fuq TVM stess.