Wara li l-Partit Nazzjonalista allegaw fi stqarrija li l-Public Broadcasting Services, iċċensura x-xhieda li ngħatat mill-whistleblower tal-każ ta’ Egrant fil-bulettin tal-aħbarijiet tal-bieraħ, il-PBS irrispondew permezz ta’ ittra.
Dwar dan il-PBS ġibed l-attenzjoni tal-PN fejn qal illi x-xhieda li rreferew għaliha huma kienet fil-fatt xhieda f’kawża li tikkonċerna kwistjoni privata bejn min iħaddem u impjegata b’rabta ma’ pagi li allegatament ma kinux mħallsa fejn sostnew kif l-Egrant ma kienet qatt is-suġġett ta’ din il-kawża
Il-PBS fakkar kif bħala midja huma jirrapportaw biss id-deċiżjonijiet tal-Qrati u mhux il-kawża per se.
L-ittra tgħid li meta l-istess persuna xehdet fl-Inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-allegazzjonijiet tal-Egrant, irrapportat dan il-fatt u li għalekk “ċertament ma jirriżultaw l-ebda raġunijiet li jagħtu lok għall-għoti ta’ rimedju.”
Ara l-ittra kollha hawn isfel.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/05/Letter-to-Mr-Matthew-Bonett.pdf” title=”Letter to Mr Matthew Bonett”]