Il-PBS ħabbar li llum li ressaq riskors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivli biex l-oġġezzjoni tal-Partit Nazzjonalista kontra l-ispots informattivi tal-Baġit tinstema’ b’urġenza.
Ir-rikors jgħid li, bħala stat ta’ fatt, spots simili ilhom jixxandru għal għexieren ta’ snin, inkluż fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti. Dan ukoll għax huma differenti minn spots f’kampanji elettorali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-PBS tenniet tgħid li interferenza mhux proporzjonata fl-operat tax-xandir pubbliku taf twassal għal preġudizzju biex kontenut informattiv jitwassal lill-pubbliku, f’dan il-każ dwar il-Baġit.
Għalhekk talbet biex is-smigħ isir b’urġenza.