Kull pazjent li talab servizz mill-GU Clinic għandu appuntament skedat. Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari.
Il-Genitourinary (GU) Clinic, li jinsab fit-tieni sular tad-dipartiment tal-outpatients, fl-Isptar Mater Dei, joffri dijanjosi u trattament ta’ infezzjonijiet trażmessi sesswalment.
Joffri wkoll pariri u ttestjar għall-HIV, u kundizzjonijiet ġenitali oħra mhux neċessarjament miksuba sesswalment. Il-GU clinic joffri wkoll servizz ta’ konsultazzjoni bit-telefon għal dawk bla sintomi. Dawn is-servzzi jingħataw bla ħlas.
Fil-Parlament, id-Deputat Prim Ministru spjega li każijiet urġenti, jew persuni li jkollhom xi sintomi, jiġu eżaminati fil-GU clinic jew l-iżjed fi żmien ġimgħatejn, ħafna drabi dak in-nhar stess, dejjem jiddependi fuq l-urġenza tal-każ.