“Il-pazjent irid ikun infurmat bl-għażla ta’ kura li għandu quddiemu. Huwa dritt bażiku li l-pazjent ikollu l-għarfien u aċċess għal terapiji u mediċini alternattivi,” il-Membru Parlamentari Ewropew Dr Miriam Dalli qale dan meta indirizzat il-ftuħ tal-Forum Dinji tal-Kannabis Medicinali 2018, li sar għall-ewwel darba f’pajjiżna.
Dr Dalli spjegat kif fil-Kumitat tal-Ambjent, Saħħa Pubblika u Sigurtàtal-ikel fil-Parlament Ewropew, tressqet riżoluzzjoni dwar l-użu tal-kannabis għal skopijiet mediċinali.
Din ir-reżoluzzjoni ġiet ippreżentata fid-dawl li bħalissa diversi Membri Stati tal-UnjonI Ewropea qegħdin jirregolaw il-preskrizzjoni tal-kannabis għall-użu mediċinali. Fl-istess waqt, Dalli spjegat, li l-liġijiet tal-iStati Membri dwar l-użu tal-kannabis għal skopijiet mediċinali jvarjaw.
“L-edukazzjoni, ir-riċerka, u qafas legalib’saħħtuhuma kruċjali biex jassiguraw li t-tobba jippreskrivu l-kannabis għall-użu mediċinali mingħajr ma jkun hemm kompromess bejn il-bżonnijiet tal-pazjent u r-restrizzjonijiet legali,” saħqet Dr Dalli.
L-ewroparlamentari spjegat kif, b’popolazzjoni ta’740 miljun persuna, l-Ewropa għandha potenzjal biex tkun suq ewlieni tal-kannabis mediċinali fuq livell globali. Għalhekk li hemm bżonn illum qabel għada liġijiet effettivi li jiffaċilitaw dan, sostniet Dalli.
Pajjiżna qiegħed ikun pijunier f’dan is-settur hekk kif ftit tax-xhur ilu daħlet fis-seħħ liġi li tirregola l-preskrizzjoni u l-produzzjoni tal-użu tal-kannabis mediċinali, biex illum qed tattira diversi kumpaniji biex jinvestu f’dan is-settur f’pajjiżna.
“Jekk dan l-investiment jittieħed bis-serjetà jista’ jwassal għall-investiment kbir li jsarraf ukoll f’opportunitajiet ta’ xogħol għaċ-ċittadini tagħna”, kompliet l-Ewroparlamentari.
Fid-dawl ta’ dan, Miriam Dalli sostniet li jeħtieġ li nindrizzaw in-nuqqas ta’ riċerka billi anke jkunu allokati aktar fondi għar-riċerka dwar l-użu tal-kannabis għall-skopijiet mediċinali. B’referenza għall-programmi ta’ riċerka immexxija mill-Unjoni Ewropea, Dalli qalet kif m’hemm l-ebda fondi indirizzati b’mod dirett għall-ricerka dwar l-użu tal-kannabis għall-skopijiet mediċinali. Dan in-nuqqas wassal lil Dalli biex ftit tax-xhur ilu titlob lill-Kummissjoni Ewropea tinvesti aktar u tiddedika aktar fondi għall-riċerka dwar l-użu tal-kannabis għall-skopijiet mediċinali.
Dalli kompliet tispjega li jekk irridu aktar tobba li jordnaw l-użu tal-kannabis għal skopijiet medicinali lill-pazjenti taghhom, irid ikun hemm ir-riċerka neċessarja li tkun aċċessibli għal kulhadd. Dan iwassal ukoll għal standards għolja fil-kwalitàta’ kannabis li tintuża għal skopijiet mediċinali billi anke jiġi kkontrollat is-suq illegali.
Biex dan kollu jsir, kkonkludiet Dalli, jeħtieġli l-istakeholders kollha, iċ-ċittadini u policy makersjahdmu flimkien biex nassiguraw li l-qafaslegislattiv ikun wieħed li jgħin lis-suq ikompli jikber u joffri aktar benefiċji lill-pazjenti.