Aktar filmati mill-isbaħ hekk kif Clare Agius tkompli ddawwarna ma’ pajjiżna. Din il-ġimgħa, l-programm THE LOCAL TRAVELLER ser jurina l-patrimonju f’żewġ binjiet mill-isbaħ: Il-Bibljoteka Nazzjonali u l-MUŻA. Clare tistqarr li dawn iż-żewġ binjiet jostru fihom wirt li għandna niftaħru bih.
”Ħadt gost ferm niltaqa’ mal-kuraturi li dawwruni u għarfuni dwar dak li ma nistħix ngħid, ma tantx kont naf fuqu”
CLARE AGIUS – PREŻENTATTRIĊI
THE LOCAL TRAVELLER jixxandar l-Erbgħa fit-8:30pm fuq ONE