Billboard li fuqu kienet qed tiġi rriklamata “L-Aħħar Ċena” b’differenza fl-Imsida ġie vvandalizzat bil-parti fejn kien jidher Kristu ġiet mqaċċta mill-istampa.
Il-billboard juri lil Kristu mdawwar mill-appostli jieklu ikel immodernizzat magħmul mill-ħanut tal-ikel, New York Best; dan jinkludi ikel bħal pizza, burgers u kif ukoll ċips u saħansitra anke xorb partikolari.
Il-billboard, li l-artist warajh kien Daniel Mercieca, ħoloq diversi opinjonijiet b’bosta fuq il-midja soċjali jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom dwar jekk jaqblux mal-kunċett li ntuża għal dan ir-reklam.
Kien propju ftit sigħat wara li l-mexxej flimkien ma’ kandidat mill-partit tal-“Patrijotti” ntlemħu jqaċċtu lil Kristu mir-reklam fejn saħansitra ttellgħu anke ritratti fuq il-profil tagħhom bil-messaġġ “We did what we had to do.”