Fix-xahar ta’ Settembru, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ 897,471 passiġġier.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fejn ħareġ li din tfisser żieda ta’ 10.4% fuq l-istess xahar tas-sena li għaddiet.
Intqal li l-ewwel jiem tax-xahar kienu fost l-aktar impenjattivi, b’aktar minn 33,000 passiġġieri għaddew mill-ajruport fl-ewwel jum tax-xahar.
Ħareġ li matul l-istess xahar, il-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet żdiedu b’9.1%, meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra.
Dan filwaqt li s-seat load factor kien ta’ aktar minn 90%, l-ogħla livell li qatt intlaħaq matul ix-xahar ta’ Settembru. B’dan jirrifletti r-rati b’saħħithom ta’ okkupanza fuq it-titjiriet minn u lejn Malta.
Intqal kif l-Italja baqgħet id-destinazzjoni l-aktar importanti għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Filwaqt li wara hemm ir-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza u l-Polonja.