Fl-ewwel tliet ġimgħat ta’ Ġunju, in-numru ta’ passiġġieri li għaddew mill-ajruport żdied b’20%.
Dan intqal fi stqarrija tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
F’din l-istqarrija, l-ajruport ħeġġeġ lill-passiġġiera biex jaraw li fuqhom ikollhom id-dokumenti meħtieġa sabiex isiefru.
Fosthom dawn id-dokumenti; dawk li ġejin lejn pajjiżna għandhom ikollhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin jew test negattiv għall-Covid-19 li jkun ittieħed 72 siegħa qabel il-wasla f’Malta.
Intqal ukoll li l-passiġġiera għandhom ikunu fit-terminal tal-ajruport minn tal-inqas sagħtejn qabel il-vjaġġ.