Irġiel għarqana b’ilbies pulit u ingravajjet ileqqu…nisa bi lbies b’ħafna kuluri, jidħku minn widna sa widna. Kull darba li tieqaf il-mużika, kulħadd jagħmel high-five u jinfexx iċapċap.
Hija deskrizzjoni ta’ xena li tinstma’ pjaċevoli, iżda ħafna qed jgħidu li kienet pjuttost falza. Qed jirreferu għal festa kbira li saret fil-Korea ta’ Fuq għal Day of The Sun, li timmarka t-twelid tal-fudatur tal-pajjiż Kim Il-Sung, li jiġi n-nannu tal-mexxej attwali.
Il-verżjoni tal-internet li juża l-pajjiż, ‘kwangmyong’, li jintuża minn akkademiċi u ħaddiema taċ-ċvil, jippermetti aċċess biss għal 28 sit. Il-komunikazzjoni hija inkeribililment diffiċli, iżda għal din l-okkażjoni rari kienu mistiedna ġurnalisti barranin. Dawn iddeskrivew dak li raw bħala ‘Cold War East Germany, times ten’.
Ara x’taħseb mill-party.