Il-partitarji tal-Partit Laburista bdew iċ-ċelebrazzjonijiet madwar Malta u Għawdex. Il-Partit Laburista rebaħ, rebħa kbira u għalhekk iċ-ċelebrazzjoni hija waħda kbira iżda l-Mexxej Laburista appella biex kulħadd iżomm il-kalma u li minkejja jsiru ċ-ċelebrazzjonijiet il-liġijiet kollha jiġu osservati. Fit-14.30, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista se jkun iċ-ċentru nazzjonali Laburista, u għalhekk huwa mistenni li l-partitarji jissuktaw biċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom fil-Ħamrun fejn il-kuluri bojod u ħomor qed jispikkaw.