Fl-Awstrija, il-partit tal-lemin estrem ġab l-akbar ammont ta’ voti, fl-elezzjoni nazzjonali li saret ilbieraħ.
F’din l-elezzjoni, il-Partit tal-Lemin Estrem mistenni jkollu aktar siġġijiet mill-Partit Konservattiv u l-Partit Soċjalista.
Dan hekk kif il-Partit tal-Lemin Estrem mistenni jkollu 56 siġġu fil-Parlament, li xorta waħda mhijiex maġġoranza. B’dan ifisser li trid issir koalizzjoni ma’ partit ieħor.
Bil-Partit Konservattiv, immexxi mill-Kanċillier attwali, Karl Nehammer diġà ħabbar li mhux jingħaqad f’koalizzjoni mal-Partit tal-Lemin Estrem.
Il-Kap tal-Partit tal-Lemin Estrem, Herbert Kickl, wiegħed li se jkun il-Kanċillier tal-poplu. B’analisti sostnew li dan huwa kliem simili għal dak ta’ Adolf Hitler.
Il-partit ta’ Kickl għandu rabtiet mill-qrib mal-Prim Ministru Ungeriż, Viktor Orbán.
Dan il-partit rebbieħ fl-Awstrija, twaqqaf fil-ħamsinijiet minn eks membri tal-Partit Nazzista. Jumejn qabel il-votazzjoni, kandidati minn dan il-partit inqabbdu f’filmat ikantaw kanzunetti Nazzisti waqt funeral.