Bosta nies li jappoġjaw lil Khan ħarġu jiċċelebraw fit-toroq hekk kif l-ewwel indikazzjonijiet juru li l-partit ta’ Khan jinsab fuq quddiem.
Dan minkejja li qed jingħad li l-partit ta’ Khan se jkollu jifforma koalizzjoni biex ikollu l-maġġoranza.
Bosta rivali politiċi ħarġu jilmentaw minn allegat tbagħbis f’din l-elezzjoni fosthom il-partit tal-eks Prim Ministru Nawaz Sharif li kien ingħata sentenza ta’ ħabs fuq frodi u korruzzjoni.
L-elezzjoni fil-Pakistan kienet għal darb’oħra milquta minn vjolenza mdemmija hekk kif fil-jum tal-votazzjoni seħħew splużjonijiet li għalihom refa’ r-responsabilità l-Istat Iżlamiku.
Din hija t-tieni darba f’wieħed u sebgħin sena ta’ storja ta’ pajjiż b’popolazzjoni ta’ mitejn miljun ruħ, li Gvern demokratiku qed jgħaddi f’idejn Gvern demkokratiku.
Dan wara li s-soltu l-Pakistan ikun milqut minn kolp ta’ stat wara l-ieħor fejn il-militar jidħol fit-tmexxija tal-pajjiż.