Il-Partit tal-ABBA ħadha kontra l-Kap tiegħu, Ivan Grech Mintoff, bi stqarrija pubblika wara kontra l-istess Kap.
Is-Segretarju Ġenerali tal-ABBA, Simon Elmer, ikkundanna lil Grech Mintoff u talbu ma jkaxkarx lill-partit miegħu fi protest ġudizzjarju li fetaħ meta mar għal dibattitu tal-Awtorità tax-Xandir u ried idaħħal il-bajd miegħu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Grech Mintoff mar il-Qorti biex din tordna lill-Awtorità tax-Xandir tagħmel apoloġija miegħu.
Fi stqarrija, il-Partit tal-ABBA ċċara li Grech Mintoff mar il-Qorti fuq livell personali u l-partit m’għandux x’jaqsam.
Ir-ritratt anness ġie ppubblikat qabel fuq LM.