Il-Partit immexxi mill-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte kiseb l-aktar siġġijiet fl-elezzjoni ġenerali u għalhekk kiseb ir-raba’ mandat tiegħu biex jifforma Gvern ta’ koalizzjoni.
Il-partit liberali ta’ Rutte kiseb 35 minn 150 siġġu.
L-Olanda kellha tmur għall-elezzjoni hekk kif f’Jannar li għadda l-Gvern ta’ Rutte kellu jirreżenja minħabba skandlu ta’ frodi.