Kollox qed jindika illi Vladimir Putin u l-partit li jmexxi rebħu l-maġġoranza tal-voti fl-elezzjoni parlamentari li saret ilbieraħ. L-ewwel indikazzjonijiet urew rebħa kbira għall-Partit United Russia.
Infatti, il-partit iddikjara rebħa sigħat wara li ngħalqu l-voti. Minkejja dan xorta ra tnaqqis fl-appoġġ. Min-naħa l-oħra il-Komunisti raw żieda ta’ 8% fl-appoġġ.
Persuni li l-aktar li huma voċiferi kontra t-tmexxija ta’ Putin ma tħallewx jikkontestaw għal din l-elezzjoni, filwaqt li kien hemm numru ta’ allegazjonijiet ta’ tbgħabis fil-voti. Liema allegazzjonijiet ġew miċħuda mill-Kummissjoni elettorali Russa.