Il-partit tal-President Franċiż Emmanuel Macron rebaħ maġġoranza assoluta fil-Parlament u dan ġimgħat biss wara li rebaħ l-elezzjoni presidenzjali.
Filfatt rebaħħ tlett mitt siġġu minn ħames mija sebgħa u sebgħin tal-Assemblea Nazzjonali. Dan anke jekk l-ammont ta’ persuni li ħarġu jivvutaw niżel minn dak tal-elfejn u tnax.
Il-Partit ta’ Macron twaqqaf ftit iktar minn sena ilu, u qed jingħad li nofs il-kandidati ftit li xejn għandhom esperjenza fil-politika.
Interessanti l-fatt li r-riżultat ħalla impatt ħażin fuq il-partiti tradizzjonali filwaqt li jagħti lil Macron mandat qawwi biex iwettaq il-viżjoni ta’ Franza favur l-għaqda Ewropea, u Franza li tirriforma ruħha biex tattira u saħħaħ lin-negozji.
Il-Prim Ministru Franċiż irrikonoxxa li l-ammont ta’ dawk li ħarġu jivvutaw kien bass. Wiegħed li l-partit se jmexxi fl-aqwa interess ta’ Spanja