B’reazzjoni għall-istorja ppublikata llum fuq il-ġurnal il-mument, il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima jsostni li l-faċilità tal-waste-to-energyse tipproċessa biss skart mhux riċiklabbli. L-artikli li ħerġin illum mill-Partit Nazzjonalista juru biċ-ċar kemm kienet tkun deċiżjoni għaqlija kieku pparteċipaw fil-kumitat tekniku magħmul minn NGOs ambjentali u professjonisti għaliex kienu jkunu jistgħu jifhmu eżattament x’tinvolvi din it-teknoloġija.
Fid-dawl ta’ dak li stqarret il-gazzetta il-mument, jidher biċ-ċar li l-Partit Nazzjonalista jrid jieħu aktar art agrikola għal miżbliet. Dan huwa dak li l-aktar kellu jinkwieta lill-poplu Malti.
L-unika fabrika tal-kanċer f’pajjiżna ħoloqha l-Partit Nazzjonalista u għalaqha l-Gvern Laburista.