Il-Partit Nazzjonalista ħareġ jikkritika l-għajnuna li ta dan il-Gvern lill-bdiewa li sofrew danni fil-maltempata kbira li laqtet lill-gżejjer Maltin.
Dan stqarru l-Partit Laburista fi stqarrija fejn fakkar li l-Gvern alloka €3.5 miljun għall-ħsarat u telf fil-produzzjoni ta prodotti agrikoli.
Minnhom nofs miljun ewro kienu mħallsa matul ix-xhur li għaddew għat-tiswija u tibdil ta’ l-istrutturi li ġarrbu l-ħsarat.
Il-Partit Laburista stqarr li l-għajnuna li qed tingħata llum hija kumpens għat-telf tal-produzzjoni li kkawżat l-maltempata fuq l-uċuħ tar-raba’.
L-istqarrija kompliet tgħid li ta min ifakkar li din l-iskema kienet l-ewwel waħda ta’ din ix-xorta u ried jiġi mfassal qafas ġdid biex sussegwentament jiġi approvat mill-Kummissjoni Ewropea bħala State Aid. Ma kienx ikun għaqli li l-Gvern iħabbar skema li tkopri dawn it-tip ta’ ħsarat qabel ma jirċievi din l-approvazzjoni.
Il-Partit Laburista temm jgħid li żgur mhux se jieħu lezzjonijiet mingħand il-Partit Nazzjonalista dwar kif għandu jgħin lill-bdiewa u r-raħħala tagħna.