B’reazzjoni għall-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar l-istatistika tal-NSO fuq il-faqar il-Partit Laburista qal li din kienet qed turi l-faqar fl-interpretazzjoni tal-Partit Nazzjonalista. L-istess stqarrija qalet ukoll li il-PN deher li ma fehem xejn u jrid jiżgwida.