Il-Ħadd filgħodu il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kompla jattakka l-għajnuna li qiegħed jagħti l-Gvern fil-forma ta’ ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa.
Waqt attività politika tal-Partit Nazzjonalista fil-Għargħur, il-Kap Nazzjonalista kompla bil-politika negattiva tiegħu.
“M’intix se ttihulhom biċ-ċekkijiet.
L-istess diskors sostnietu d-Deputat Nazzjonalista Rebekah Borg, li bħal Grech iżżufjettat b’din l-għajnuna.
“Imbagħad jiġu jiftaħru biċ-ċekkijiet.”
Intant, fid-diskors tiegħu, il-Kap Nazzjonalista reġa’ tenna dak li qal l-Ħadd li għadda, jiġifieri li l-Partit Nazzjonalista huwa Partit rebbieħ.
“Il-PN huwa Partit rebbieħ.”
Skond Grech ir-raġuni għal dan huwa għaliex qiegħed jagħti s-soluzzjonijiet.
Dan minkejja li meta ġie għas-si u n-no preżenta programm elettorali mifni bi żbalji u b’nuqqas ta’ costings konkreti, b’riżultat li ġie kkritikat mill-midja indipendenti.
“U għaliex qed jagħti is-soluzzjonijiet.”
Minkejja dan, Grech baqa’ jadotta ton konfrontattiv għall-aħħar lejn dawk li ma jaqblux miegħu, hekk kif irrimarka li se jibqa’ jiġġieled ma’ min ma jaqbilx miegħu.
“Ħa nibqgħu bil-ġlieda tagħna.”